Tetraclinis Articulata - Gharghar
L-Gharghar u l-uzu taghha fil-bonsaj.
Kif kulhadd jaf, is-sigra ta’
l-gharghar hija s-sigra Nazzjonali ta’ Malta. Din giet iddikjarata
hekk fis-16 ta’ Jannar tas-sena1992. Mill-1993, l-istess sigra
hija mharsa bil-ligi permezz ta’ Avviz Legali Numru 49 tal-1993.
Din is-sigra hija mnizzla fil-lista tal-Kunsill ta’ l-Ewropa
ta’ pjanti rari, mhedda u endemici ta’ l-Ewropa. Hija
tidher ukoll fil-lista ta’ pjanti mhedda ppublikata fl-1998
mill-Ghaqda Internazzjonali tal-Harsien tan-Natura. L-isem botaniku
taghha huwa Tertaclinus Articulata, u jiddiskrivi l-mod kif il-weraq,
f’forma ta’ skwami f’erba’ fillieri, jinfired
u jinqasam, huwa u jikber. Fl-Ewropa tinstab biss f’Malta u
fin-nofsinhar ta’ Spanja vicin Kartagena. F’Malta rari
hafna u fis-salvagg, tikber fil-makkja, bhal f’tal-Maqluba.
Rari toghla izjed minn 6 metri. Ezemplari taghha nisbuhom fil-gnien
ta’ Hastings, San Anton, fil-Buskett, il-Mellieha u tal-Maqluba
l-Qrendi. Pero fi ftit snin ohra zgur naraw aktar minnhom, ghaliex
id-dipartiment ta’ l-Agrikultura qieghed ihawwel hafna f’diversi
nhawi.
Nghid ghalija din is-sigra mall-ewwel hadt grazzja maghha biex nuzha fl-arti tal-Bonsaj. Dan l-ghaliex rajt rizultati tajbin hafna, kemm minn membri ohra veterani fl-ghaqda u kemm fis-sigar li bdejt nkabbar jiena.
Mela nibdew pass pass.
Iz-zerriegha.
L-gharghar hija sigra Konifera ghaliex taghmel koni
rgiel ta’ xi 3mm, u jkunu fit-truf tal-frieghi. Dawn il-koni
rgiel jibdew jiffurmaw ghal habta tax-xahar ta’ Settembru/Ottubru.
Meta jifthu jarmu d-dukkar ma’ kull caqlieqa tar-rih. Is-sigra
ta’ l-gharghar tiddakkar permezz tar-rih. U ghaldaqstant tifforma
ghadd kbir ta’ koni rgiel biex tassigura dan.Il-koni nisa jiffurmaw
fl-istess zmien u ghall-ewwel ikunu qishom stilel zghar b’erba
ponot, li fin-nofs taghhom jkollhom bhal qatra zghira li meta tmissha
donnha twahhal xi ftit. Din hija l-‘pollen drop’. Din
isservi biex id-dukkar li jkun qieghed jingar bir-rih, meta jaqa’
fuq il-koni nisa jehel u jkun jista’ jinbeda il-process tal-fertilizazjoni.
Jekk tkun xi gurnata sabiha, dawn il-koni nisa immaturi f’forma
ta’ stilel u bil-qatra fin-nofs jidhru jleqqu tant li mill-boghod
tisthajjilhom fjuri zghar bojod. Pero dawn mhux fjuri bhal ma nsibu
fl-angiospermi. Il-koni nisa meta jimmaturaw jilhqu 15mm u jinqasmu
f’erba’ flieli. Dawn il-koni nisa nistghu nqaghtawhom
mis-sigra ghal habta ta’ l-ahhar ta’ Settembru sa Dicembru,
basta jkunu mtleww bizzejjed. Jekk imbaghad inhalluhom jinxfu f’post
ghax-xemx fejn ma tilhaqhomx ix-xita, jifthu bil-mod il-mod u jekk
ma jifthux ghal kollox, bi ftit pacenzja, tista’ tofroq u tofsoq
iz-zerriegha. Kull zerriegha ghandha qalba b’forma ta’
qatra ilma, u mill-gnub taghha johorgu bhal zewg gwienah zghar. Dawn
il-gwienah jghinu fid-dispersjoni bir-rih (jigifieri, fit-tixrid)
taz-zerriegha, il-boghod mis-sigra Omm.
Issa, mhux kull zerriegha hija vijabli. Zerriegha li tkun sewda, ratba u mhux imlahhma, aktarx li ma tkunx tajba. Filwaqt li zerriegha li l-qalba taghha tkun mimlija, kuluritha kannella-fuq-il-bexx u meta tinghafas bil-mod bejn zewg swaba tkun iebsa, allura x’aktarx li dik tkun tajba.
Jekk wiehed jahseb biex jigbor iz-zerriegha kmieni, dejjem kif ghidna jekk il-koni nisa biz-zerriegha jkunu imlew sewwa, iz-zerriegha t-tajba tista’ tinzera mall-ewwel. Jekk le, jigifieri jekk tingabar fit-tard meta il-kesha tkun dahlet sewwa, allura ahjar li wiehed ihalli ghall-Marzu-April, meta l-ajru jerga jibda jishon xi ftit.
Iz-zriegh jikkonsisti filli taqbad zerriegha zerriegha u tghoddosa bil-ponta l-isfel fit-tahlita (50% ‘peat’ u 50% ramel) f’’seed tray’. Ghaddasa sakemm it-tond ta’ fuq jigi livell mall-wicc. Izra wahda kull pulzier u meta tlesti aqbad il-bexxiexa u sprejja ‘l wicc tat-tahlita. Tifqax it-tahlita b’hafna ilma. Ahjar tbexxex kuljum u ftit, kemm izzom tira medja. Jekk kollox ikun sewwa, il-germinazzjoni tibda fi ftit jiem, specjalment jekk jaghmlu granet xemxin u t-temperatura tkun ta’ madwar 75 grad F.
‘Seedlings’
L-gherq primordjali johrog mill-ponta u jinzel ‘l
isfel. Jibda jimbotta z-zerriegha ‘l fuq mill-wicc tat-tahlita;
tibda tara iz-zokk primordjali jihdar u jikber ‘l fuq, sakemm
mill-qoxra taz-zerriegha, li issa tkun telghet daqs 2cm mill-wicc,
johorgu l-ewwel erba’ weraq (‘cotyledons’).
F’dan l-istat, tista’ tibda tittrasplantja s-‘seedlings’ f’pots zghar ( ta’ xi 4 cm.) biex ikomplu jikbru. It-tahlita ta’ 50% ‘peat’ u 50% ramel tista’ tintuza ghalissa ukoll, pero wara xi gimghatejn, meta nsaqqu nziedu s-sustanzi ma’ l-ilma. Dejjem insaqqu minn isfel!
Meta s-seedlings jikbru u l-gheruq jibdew hergin mit-toqob tal-pots, inkabbru l-pot u nuzaw it-tahlita tal-bonsaj ( 2 ‘peat’, 3 ‘gravel’, 2 ramel u 1 hamrija). Aghti sustanzi b’nitrogenu xi ftit gholi u dejjem kabbar il-pot jew aqleb f’kaxxi jew kontenituri baxxi u twal, u ibda t-‘training’.
Jekk f’mohhok jkollok xi stil li trid taghmel, bhal nghidu ahna, xi foresta, gruppi ta’ tnejn, tlieta u aktar, allura meta tittrasplantja s-‘seedlings’, itfa’ f’pot wahda aktar ‘seedlings’ milli trid, halli jekk tmut xi wahda tibqa’ bin-numru li tixtieq. Jekk ma jmut xejn, allura tista’ tnehhi dik li ma tghogbokx.
Sigar zghar
Meta s-sigar tal-gharghar jkunu zghar
ghandhom it-tendenza li jitghawgu minn isfel. Dan jista’ jintuza
bhala vantagg; pero jekk tkun trid xi zokk dritt , bhal fil-kaz ta’
l-istil wieqaf dritt (jew wieqaf formali), allura, wiehed irid jahseb
mill-ewwel, billi jiddritta z-zokk principali bil-wijer irqiq.
L-gharghar ukoll jidher li meta jkun zghir itellgha frieghi zghar minn isfel taz-zokk, anke jekk dawn ma tantx jikbru jekk inhallu kollox ghaddej. Dawn il-frieghi jigu ferm bzonnjuzi jekk f’mohhna nkunu ser infasslu stil ta’ zewg zkuk principali, jew bit-tlieta, jew b’hamsa. Jigu bzonnjuzi ghaliex jekk ahna naqtghu z-zokk principali tas-sigra sa fejn ikunu dawn il-frieghi, dawn l-istess frieghi imbaghad jarmu u jibdew jikbru u minnhom tkun tista’ taghzel iz-zkuk principali li fuqhom ser tfassal l-istil.
Tkabbir
Fl-ewwel snin, hu hsieb biss iz-zokk principali. Tieh il-forma li
tixtieq u halli l-frieghi kollha, halli b’hekk ihaxxnu iz-zokk
principali. Pero jekk ikun hemm xi fergha li tiehu rghajja f’idejha,
naqqasilha mill-weraq halli taghti cans lill-frieghi l-ohra jikbru.
Dejjem ftakar imma li trid thalli aktar weraq fil-frieghi t’isfel
milli f’ta fuq, ghaliex inkella jkollok frieghi hoxnin fil fuq
tas-sigra milli f’ isfel taghha u dan ‘tabu’ fil-bonsaj.
Meta z-zokk principali ikun ta certu hxuna li tixtieq u l-frieghi ikunu kibru u hxinu, ibda ghazel il-frieghi li ser izomm. Ghawwighom fl-istil li trid. Il-frieghi li ma ghandekx bzonn aqtaghhom jekk inti cert mit-tajbin. Tista’ pero ma taqtaghhomx kollha u thalli xi frieghi bhala ‘sacrifice branches’, jigifieri frieghi li thallihom jikbru hafna sabiex bl-ikel li jipproducu ihaxxnu aktar iz-zokk fil-livell minn fejn johorgu.Meta imbaghad ilestu dmirhom, allura jigu maqtghuha ( jigu sagrifikati).
Bil-qafas ta’ l-istil lest, jigifieri z-zokk principali u l-frieghi mghawwgin skond l-istil, issa jkun wasal iz-zmien biex tibda tahdem fuq il-weraq.Naqqas it-tul tal-frieghi biex tohloq fis-siluwett tas-sigra, il-famuz trijangolu. Meta taqta’ il-frieghi dawn jarmu weraq gdid minn hafna bnadi. Zomm li ghandek bzonn u ibda hu hsieb l-izbir tal-weraq.
Affarijiet ohra li innutajt fit-tkabbir ta’ l-gharghar ghall-bonsaj huma li dawn is-sigar jarmu minn ghejjun reqdin facilment (mhux bhaz-znuber, li huma wkoll koniferi)
Rigward it-trejning bil-wijer, is-sigar ta’ l-gharghar, jifilhu ghalih minghajr ebda konsegwenzi; dejjem jekk inzommu mar-regoli.
Innutajt ukoll li l-gharghar jzomm il-konicita (it-‘taper’) taz-zokk principali huwa u jikber, u ghalhekk wiehed ma ghandux ghalfejn joqghod ihabbel wisq rasu fuq dan ir-rigward.
It-tahlita ghall-gharghar trid tkun wahda miftuha hafna ghalhekk nuza mat-tliet partijiet ‘gravel’.
Ir-‘repotting’ ghandu jsir ghall-habta ta’ Dicembru u Jannar.
Bhala stil, nahseb li kull stil jista’ jitfassal fuq dawn is-sigar, pero gruppi u foresta jistghu jaghtu xi diffikultajiet, specjalment jekk inzommu s-sigar zghar hafna. L-aktar stili li sibt tajbin hafna huma il- ‘formal upright’, il-‘informal upright’, ‘semi-cascade’, il- ‘prostrate’, u ssabamiki. Dan ta’ l-ahhar ghaliex l-Gharghar ghandu injam abjad sabih hafna ghad-‘deadwood’ u l-‘jinning’.
Bhala mard is-sigra ta’ l-gharghar ma tantx tbati. {ieli fuq il-weraq jittrabbew bhal imhar bojod zghar. Dawn ma jkiddux lis-sigra u facilment jistghu jitnehhew manwalment. {ieli ukoll ikun hemm xi ‘die back’ ta’ xi frieghi, specjalment jekk ma nizbrux il-weraq kif suppost.
Dan li ghadni kif ghid huwa l-esperjenza tieghi fil-kultivazjoni
tal-gharghar f’dawn l-ahhar snin. Nhajjarkom tuzaw din is-sigra
ghaliex nahseb li barra hija medjum tajjeb ghall-artist bosajista
fit-tfassil tas-sigra bhala bonsaj, hija wara kollox is-sigra Nazzjonali
Maltija u l-ghaqda taghna tirrakomanda li nkabbru sigar Maltin bhala
bonsaj. Nghid ghalija din is-sigra serqitli qalbi u mill-fond ta’
qalbi nixtieq li barra tkun is-sigra Nazzjonali Maltija, tkun ukoll
il-bonsaj tipikament Maltija. B’hekk din is-sigra tkun bhal
ikona tal-bonsaj Maltin.



