L-Origini tal-'Bonsai'

Miktub minn Carmel Busuttil

L-interess u l-holqien ta' gonna sbieh huwa sinjal ta' civilta avvanzata. Hekk insibu c-civiltajiet antiki ta' l-Egittu, il-Persja u tac-Cina. It-tlieta hallew sinjali ta' l-interess kbir li kellhom fil-gonna.

Forsi wiehed jistaqsi: ghalfejn l-arti tal-Bonsai bdiet ic-Cina u mhux fic-civiltajiet l-ohra?

Naturalment, hadd ma jaf. Forsi, jekk nistghu nispekolaw, minhabba l-fatt li fic-Cina tezisti abbundanza ta' flora, sigar u pjanti, li ma tinstabx fl-ambjent Egizzjan jew Persjan. Dawn ta' l-ahhar ghandhom ambjent pjuttost aridu, li jispjega diversita ta' flora mhux daqstant rikka.

Min, fic-Cina setghet gietu l-ewwel idea li jcekken sigra u jhalliha tikber f'daqsxejn ta' qasrija baxxa? Min jaf. Xi awtoritajiet jghidulna li t-Taoristi kellhom sehem importanti fl-izvilupp tal-bonsai.

Dawn in-nies akkumulaw minjiera ta' taghlim fuq pjanti u minerali fit-tfittxija taghhom ghal elezir tal-hajja. It-Taoristi kienu jemmnu wkoll li l-fatt li timminjaturizza xi haga tkun b'hekk qed tikkoncentra u timmanipola l-kwalitajiet misterjuzi taghha; li setghet allura twassalhom ghas-sigriet ta' l-immoralita.

Fl-erbgha u s-sitt sekli W.K. nsibu li kien hemm korruzjoni kbira fil-Palazz Imperjali Ciniz. L-ufficjali gholjin ta' certu stoffa ma ssaportewx dak l-istat tal-biki madwarhom u bdew jaharbu lejn il-muntanji.

Dawn in-nies, li bdew jissejhu literati allura hallew id-dinja tal-lussu, pjacir u ntriccci u ghazlu li jghixu l-hajja kontemplattiva. Kienu kittieba, pitturi u poeti ta' l-oghla kalibru. Kellhom influwenza profonda fuq l-arti Ciniza u b'mod partikolari fuq il-kreazzjoni tal-bonsai.