L-Arti tal-'Bonsai'

Miktub minn Twanny Agius

Il-'bonsai' hija arti - Arti b'differenza. Arti ghaliex hija bhal pittura li tohrog il-hsieb tal-pittur, oggett sabih li wiehed jiehu gost jara. B'differenza ghaliex fil-waqt li l-pittura la darba tkun lesta tibqa' l-istess, il-bonsai tibqa' tinbidel matul is-snin.

Il-Bonsai
Il-bonsai hija sigra li flok qed tikber fl-art qed tikber go recipjent generalment tac-caqquf jew ceramika. Il-bonsai ma hijiex xi holqien tal-bniedem, ghaliex sigar li normalment jikbru l'fuq minn ghaxar metri, insubuhom jikbru sa inqas minn metru fin-natural. Dan ghaliex fil-post li tkun waqghat iz-zerriegha ma jkunx hemm bizzejjed hamrija, imma l-ambjent ta' madwara jippermetti li tkompli tghix, akkost in-nuqqas ta' hamrija u elementi ohra bhal rih, silg, insetti, etc.

Sfortunatament hawn Malta hu rari hafna li nsibu bonsai jikbru fis-salvagg, u dan ghaliex is-shana tas-sajf taghna ma tippermetix li sigar jibqghu hajjin jekk ma jkollhomx erghruq fil-fond. Imma f'pajjizi ohra fejn l-ambjent mhux daqshekk xott fis-sajf hi haga komuni li tara sigar li ghalkemm jidher li ghandhom hafna zmien, baqghu zghar. Dawn is-sigar partikulari gibdu l-attenzjoni tal-bniedem, fejn ghall-ewwel darba ic-Cinizi bdew jaqalghu dawn is-sigar zghar u jhawwluhom f'recipjenti tac-caqquf. Imma sabiex dawn is-sigar jibqghu sbieh kellhom bzonn li jinzabru regolari, xoghol li jaghmlu l-insetti u xi annimali fis-salvagg. Kellhom bzonn ukoll li jigu ffurmati permezz tal-wire fejn il-fergha tigi mdawwra bil-wire imbaghad maghwga l-isfel biex taghti dehra ta' xjuhija, xoghol li-jsir mil-piz tas-silg fin-natural. Biex sigra tibqa f'sahhitha go recipjent zghir, hemm bzonn li (ta kull sena ghall-ewwel, u anqas spiss aktar ma tikber) jigu maqtugha l-gheruq b'terz, sabiex kull sena l-gheruq ikollhom fejn jikbru f'hamrija gdida u qatt ma tigi potbound, dan ix-xoghol ukoll isir mid-dud fis-selvagg.

Biex minn xitla taghmel bonsai il-process jiehu snin, u anke meta jghaddu dawn is-snin u x-xitla tiehu l-forma ta' bonsai (bejn wiehed u iehor xi hames snin), qatt ma tista tghid li hija kompluta, dan ghal fatt li jekk ma tibqax tiehu hsieba u zommilha l-forma, is-sigra tikber kif trid hi u ma tibqax b' dik il-forma attrajenti li tolqtok kif thares lejha.

Bonsai mhix sempliciment xitla go recipjent baxx tac-caqquf jew ceramika. Bonsai tajba hi li meta thares lejha tkun qisek qed tara sigra ta' veru, fejn ikun hemm bilanc bejn il-hxuna taz-zokk, il-frieghi w id-daqs tal-weraq. Biex tissejjah bonsai rid ikun jidher fiha certi karatteristici, u dawn hemm bzonn li nitghallmu ngharfuhom, biex inkunu nistghu niffurmaw bonsai sabiha.

Kif nistghu ngharfu dawn il-karatteristici?. L-ewwelnett ma nikkuntentawx billi naraw il-bonsai taghna biss izda naraw ta' haddiehor u ghalhekk tajjeb li nkunu membri f'xi ghaqda fejn inkunu nistaghu naqsmu l-esperjenzi u nitaghlmu minn membri ohra. Pass iehor tajjeb huwa billi naraw bonsai fuq kotba u anke videos, fejn naraw bonsai ta' certa klassi li sfortunatament ghadna ftit il-boghod minn dan it-tip ta' bonsai li jissejhu Master pieces. Dan zgur li mhux tort taghna ghaliex hawn Malta m'ilniex li bdejna wisq nipprattikaw dan id-delizzju, u mhux facli li tipproduci bonsai Master piece. Meta tosserva bonsai minn fuq kotba u videos, dawn jghinuk aktar biex taghmel bonsai ta' livell.

Kif Tifforma Bonsai
1. Billi tara xi sigra fin-natural li jkollha forma sabiha u tipprova tixtri xitla adattata ghal dik il-forma.

2. Tara' xitel ta' sigar f'xi nursery u bl-esperjenza li tkun ksibt permezz ta' kotba,videos ecc. taghraf tohrog dik il-bonsai li tkun mohbija fost hafna weraq u frieghi.

3. Ma nippretendux li nixtru xitla, naqtghu 'l hawn u 'l hinn u bi ftit wire, pot tal-bonsai u f'saghtejn, nghidu li ghandna bonsai. Is-sigra trid iz-zmien biex ifiequ l-feriti u l-frieghi jimtlew bil-weraq zghar.

4. Bonsai trid hafna zmien, pacenzja u attenzjoni biex tibqa' hajja, b'sahhitha u b'forma tajba.

Xi punti li wiehed ghandu jfittex meta jigi biex jaghzel xitla ghal-bonsai, u kif pass pass tifforma bonsai.

Din t'hawn taht hija tpingija ta' xitla tipika tal-Juniper li tista tinxtara minnghand Nurseries lokali. Hija sigra robusta hafna li tixbah lill dik tac-cipress, hi ideali ghal min irid jibda dan id-delizzju, ghax tiflah hafna ghat-training peress li ghandha zokk flessibli.


Il-punti li wiehed ghandu jfittex huma kif gej:
1. Zokk sabih u fih liwja nteressanti. (a)
2. Fergha tajba biex isservi ta 'leader'. (b)
3. Fergha li tohrog f'liwja minn naha ta' barra taz-zokk. (d)
4. Fergha tajba biex tibbilancja id-disinn finali. (e)
5. Fergha li tohrog minn wara biex taghti dehra ta' fond. (d)


Wara li tkun ghazilt ix-xitla tibda taghtiha il-forma li kellhek f'mohhok.



Kif tidher wara li qtajna il-frieghi zejda u ghamilna ftit wiring.


Ikun hemm bzonn li nnehhu xi frieghi meta dawn ikunu jostakolaw il-bilanc fid-disinn finali u biex naghtu dik id-differenza fil-hxuna taz-zokk li taghmel ferm sabieh.


Kif tider wara z-zbir u l-'wiring'

Imma issa jonqos li tkompli timla il-frieghi bil-weraq u nsibulha recipijent addattat u b'hekk tiehu dehra aktar sabieha.


Il-forma finali, u l-idejal li jkollok f'mohhok meta tkun rajt u ghazilt dik ix-xitla partikulari biex tifforma f'bonsai.

Issa jonqos li-tkompli tiehu hsieba sew kemm min-nutrimentiw ilma kif ukoll fil-forma taghha billi tizborha, fil-waqt li tgawdiha.

Wiring
Dan isir biex izomm iz-zokk jew xi fergha fil-pozizzjoni li jkollok f'mohhok sakemm din tissoda u tibqa hekk wara li tnehhilha il-wire, dan jiddependi mit-tip ta' pjanta, mill-hxuna taz-zokk u miz-zmien li fieh tapplika l-'wire'.

NB: Il-bonsai trid tkun ftit xotta meta tkun ser tapplika l-'wiring'.
1. Il-frieghi iridu jkunu jidhru individwali mhux jaghttu lil xulxin.

2. Biex tider aktar xiha, il-frieghi jridu jkunu mnizlin 'l isfel bil-'wire' jew xi piz.

3. Iz-zokk principali irid ikun ohxon isfel u jidjieq sa ma jasal sat-tarf, preferibilment jidjieq ftit ma kull liwja fil-kaz ta' 'informal upright style'.

4. Il-'wire' li tuza jrid ikun tar-ramm jew aluminium.

5. Biex tapplika l-'wire' trid taqtghu it-tul tal-fergha u nofs.

6. Tibda dejjem minn naha ta' isfel.

7. L-ahjar zmien biex tapplika il-'wire' huwa minn Novembru sa Frar.

8. Il-'wire' irridu nnehhuh xi tlett xhur wara, biex nevitaw li jimmarka iz-zokk, jekk ikun hemm bzonn nergghu napplikaw il-'wire' imma mhux fuq l-istess post.

9. Nistghu nuzaw 'wire' bhala vent mill-fergha ghal mal-genb tal-pot, jew xi piz imdendel mal-fergha biex din innizluha l-isfel.

10. Tista' ddahhal Bonsai bil-'wire' ghall-wirja basta jkun pulit u kif suppost.

Zbir
Ghodda: 'Concave Cutter' indispensabbli biex ferita tfiq sew u fl-inqas zmien possibbli.

L-aktar zmien addattat huwa tard fix-xitwa meta s-sigar ikunu rieqda u ftit qabel ma jibdew jarmu l-weraq godda, b'hekk il-ferita ma ddumx ma tkun tista terga tinghalaq. Importanti li kull fejn naqtghu xi fergha nissigillaw b'xi tip ta' 'sealant' biex nipprotegu is-sigra minn xi mard li jista' jidhol minn fejn inkunu qtajna.